Waqt konferenza indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministry Chris Fearne kif ukoll is-Supretendent tas-Saħħa il-Professdur Charmaine Gauci, ħabbru li l-isport se jirritorna fl-10 ta’ Mejju taħt protokolli stretti. Dan wara li fl-aħħar rilaxx ta’ miżuri aktar kmieni dan ix-xahar l-isport ma kienx ġie ikkunisdrat, filwaqt li ma saritx distinzzjoni bejn sport ‘elite’ u sport bħala ‘passatemp’.
Filwaqt li timijiet, players u atleti se jkunu qed jirritonraw għat-taħriġ, sport ta’ kuntatt mhux se jkun permess li jsir, mingħajr ebda indikazzjoni ta’ meta dan se jkun pemess. F’każ li l-isport ta’ kuntatt jibqa’ ma jkunx permess, atleti u timijiet li għandhom impenji internazzjonali, jkollhom japplikaw għal permess speċjali mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Min-naħa l-oħra sport ta’ mingħajr kuntatt se jkun eleġibbli li jsir iżda mingħajr spettaturi.
//= $special ?>