Maltija ġiet fl-ewwel post f’kompetizzjoni tal-kitba internazzjonali fost eluf ta’ persuni minn madwar id-dinja kollha li pparteċipaw. Dan ifisser li hi se tkun qed tattendi l-Università ta’ Cambridge għal ġimagħtejn sħaħ fis-sajf li ġej bħala parti minn scholarship għal programm ta’ kitba kreattiva.
Amy, li għad għandha biss 13-il sena, kienet rikonoxxuta bħala l-ogħla kalibru ta’ din is-sena. Dan l-unur ma kienx l-ewwel tat-tip tiegħu hekk kif fl-aħħar xhur, Amy ġiet fl-ewwel post f’żewġ kompetizzjonijiet oħra, tal-kitba u l-poeżiji, din id-darba organizzati minn Malta Together.
Il-poeżija sħiħa li ppreżentat Amy għall-programm ta’ kitba kreattiva kienet parti mill-kompetizzjoni bl-isem ta’ ‘Who has the right to decide if a piece of creative writing is good or bad?’
//= $special ?>

