Lokali

Rugby u Wheelchair basketball fil-25 programm

Illum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar il-programm numru 25 mis-serje SPORT EXTRA .

F’mument meta l-isport f’pajjiżna għadu wieqaf b’nuqqas ta’ kompetizzjonijiet u attivitajiet fi ħdan l-għaqdiet nazzjonali tal-isport, SPORT EXTRA xorta b’xi mod baqa’ l-programm li jibqa’ jgħati kontribut lil istess għaqdiet nazzjonali.

Fl-ewwel parti tal-programm it-tema principali huwa r-rugby . F’ġurnata fejn solitu jkun hemm timijiet jittrenjaw fil-Marsa, fi grawnd vojt, Charles Camenzuli intervista lil kowċ nazzjonali DAMIAN NEILL kif wkoll lil President tal-Malta Rugby Football Union KEVIN BUTTIGIEG .

Fit-tieni parti fir-rubrika ‘L-intervista’ il-mistieden ewlieni NOEL AQUILINA – President tal-Malta Wheelchair Basketball Association li miegħu ġew diskussi bosta temi ta’ interess ġenerali u dak kollu marbut ma’ partecipazzjoni fl-isport minn atleti b’abilitajiet differenti .

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Bernie Dimech u Joe Sultana