Il-Kampanja ‘Save our Restaurants’ li nehdiet l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti għandha l-għan li twassal il-messaġġ lill-Gvern u stakeholders li r-ristoranti ma jistgħux jibqgħu aktar magħluqa.
L-MHRA qed titlob lill-Gvern sabiex jiftaħ ir-ristoranti mill-aktar fis possibli bħalma ħa jinfetħu negozji u ħwienet oħra. Dan minħabba li r-ristoranti kienu uħud mill-aktar li ġew affettwati ekonomikament minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
Il-President tal-MHRA s-Sur Tony Zahra rrimarka li “L-operat ta’ restorant jinvolvi ħafna spejjeż ġenerali, u dawn mhumiex biss pagi tal-impjegati.” Huwa stqarr ukoll li ħafna sidien ta’ ristoranti ma jafux x’ser jiġri bl-għajxien tagħhom u tal-impjegati tagħhom. Tony Zahra qal li issa għandna bżonn pjan ċar sabiex inkunu lkoll nafu fejn ninsabu u għalhekk inkunu nistgħu nippreparaw għal dik li hija sitwazzjoni diġà diffiċli ħafna.
L-MHRA tixtieq ukoll li ħaddiema li jaħdmu fil-qasam turistiku jieħdu l-vaċċin għal kontra l-Covid-19 qabel l-1 ta’ Ġunju.
//= $special ?>