Minkejja li fl-aħħar jiem komplejna nisimgħu b’aktar manuvri li komplew joħorġu mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti… u minkejja li l-aħħar aħbarijiet kienu żvelati permezz tal-Passaport Papers… il-PM Robert Abela baqa’ jsostni li dan kollu mhux ġdid u li mhux qed ikun żvelat xejn…
U minkejja dawn l-aħbarijiet kontinwi li qed ikomplu jħammru wiċċ pajjiżna, il-Prim Ministru Robert Abela għadu jkaxkar saqajh u ma jidhirx li ser ikun qed jieħu azzjoni dwar dawn il-manuvri żvelati matul din l-aħħar ġimgħa.
L-iskema tal-IIP kienet bdiet tiġi diskussa fil-Partit Laburista qabel ma ħa l-poter fl-2013. Din l-iskema kienet moħbija mill-Programm Elettorali tal-Labour u rapporti fl-aħħar jiem indikaw li l-kumpanija Henley & Partners kienet taf bl-iskema tal-passaporti qabel ħarġet is-sejħa pubblika.
//= $special ?>