Immigrant ta’ 31 sena mill-Eritrea ġie kundannat 32 xahar ħabs wara li ammetta li f’lejl wieħed kisser mill-inqas 13-il bus stop madwar Malta. Huwa ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li f’lejl wieħed għamel ħsara fuq dawn il-bus f’diversi lokalitajiet ta’ Malta li jinkludu l-Ħamrun, San Pawl il-Baħar, il-Marsa, Ħal Luqa, Marsakala u il-Mellieħa, liema ħsara tlaħħaq mal-€15,000.
Solomon Abrham Tekeludetentur kien jgħix il-Mosta u li jaħdem ma’ kumpanija lokali tal-irħam u ammetta li wettaq dawn ir-reati fil-lejl ta’ bejn it-23 u l-24 t’Ottubru, 2020. Il-Pulizija kien irnexxielhom jarrestaw lil immigrant li kellhu fil-pussess tiegħu ħadida u ħġieġ li allegatament beda juża biex jkisser.
Huwa ammetta wkoll li sar riċediv. Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li l-imputat ammetta l-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu. Dwar il-piena l-Qorti hadet in konsiderazzjoni n-natura serja tar-reati u l-kondotta tiegħu, li minnha jirriżulta li huwa mhux xi ‘first-time offender’.
Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li l-imputat ikkawża din il-ħsara nspjegabbilment b’mod kontinwu, dik li lahhqet l-€15,082.40c. Ġie kkunsidrat ukoll li bl-ebda mod u fl-ebda ħin Tekeludetentur ma wera xi rimors għall-għemilu jew offra jikkumpensa tal-ħsara li kkommetta.
Il-Qorti tkellmet fuq il-fatt dwar il-periklu li jippreżenta l-immigrant kejn l-komunità u jekk ma jkunx hemm żmien biex jirrajibilita` ruħu verament, ma għandux jitħalla liberu fis-soċjetà.Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Mercieca u Roderick Spiteri. Fost reati oħra li kkommetti l-immigrant hemm li pprova jisraq arma ta’ kuntistabbli tal-Pulizija, li kkawża lilu u warden ġrieħi ħfief, li għamel ħsara f’mobajl u li ma obdiex l-ordnijiet leġittmi ta’ awtorita u kien ikkundannat 19-il xahar ħabs.
//= $special ?>