Huma 15 il-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa – dan ifisser li t-total ta’ każi rreġistrati sa mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna issa qed jammontaw għal 30,189.
Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn il-Ħadd u t-Tnejn fortunatament ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt kawża tal-firxa tal-pandemija f’pajjiżna.
Għaldaqstant it-total ta’ vittmi tal-virus fil-Gżejjer Maltin għadhom qed jammontaw għal 413.
Intant il-persuni rreġistrati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa kienu jammontaw għal 58 bit-total ta’ mfejqa jkun dak ta’ 29,354, bil-każi attivi issa jammontaw għal 422.
Sal-Ħadd it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 100,686.
Dan filwaqt li t-Tnejn kmieni filgħodu fuq ix-Xandir tal-Istat il-Professur Charmaine Gauci ħabbret li l-każi tal-varjant tal-Afrika t’Isfel u tal-Brażil żdiedu fl-aħħar 3 ijiem – fejn issa l-każi qed jammontaw għal 5 u 4 rispettivament.
Hija saħqet li dawk kollha li kienu f’kuntatt magħhom jinsabu taħt kwarantina.
//= $special ?>