Save draftPreviewPublishabout:blankAdd title
L-Iskozja bdiet it-triq lura lejn in-normalità wara l-lockdown tax-xitwa li damet għal erba’ xhur u meta llum qed jifthu mill-gdid il-pubs u l-kafeteriji madwar il-pajjiz. Fethu wkoll il-gyms u s-swimming pools filwaqt li r-ristoranti Skoccizi qegħdin joperaw b’mod normali.
Ir-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar ukoll naqsu u meta l-Iskoċċiżi jistgħu jivvjaġġaw lejn bnadi oħra tar-Renju Unit anki għal raġunijiet mhumiex essenzjali. Minbarra l-istabbilimenti, qed jerġgħu jiftħu l-mużewijiet u l-kumplessi tal-akkommodazzjoni għal waqt il-vaganzi u li sar possibbli wara li l-aktar persuni vulnerabbli kienu offruti l-ewwel tilqima tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan kollu jindika li l-Iskozja u l-bqija tar-Renju Unit irkupraw sew mid-daqqa tal-pandemija, bil-programm tat-tilqim miexi b’ritmu tajjeb hafna.
Sadanittant il-pubs u r-ristoranti f’Wales ukoll fethu mill-gdid u qed iservu lin-nies fuq barra. Dan waqt li fil-pajjiż jistgħu jerġgħu jiltaqgħu sa sitt persuni minn familji differenti u meta qed isiru mill-ġdid it-tigijiet b’numru ta’ restrizzjonijiet L-aħħar rapporti qalu wkoll li s-swali taċ-ċinema u t-teatri f’Wales għandhom jerġgħu jiftħu fis-17 ta’ Mejju.
Anki l-Italja qed tħares ‘il quddiem b’ottimiżmu meta qed jitnaqqsu r-restrizzjonijiet għall-Covid-19 fil-parti kbira tal-pajjiż fost l-introduzzjoni taz-zoni sofor f’diversi bnadi li jindikaw riskju moderat mill-virus.
Il-pass hu wieħed sinifikattiv wara li ħafna minn dawn iz-zoni sa ftit ilu kien indikati għall-element għoli ta’ theddida – u bis-sitwazzjoni issa taqleb għall-aħjar fir-reġjuni ta’ Abruzzo, Campania, Emilia Romagna, Friuli, Venezia Giulia, Lazio, Liguria, il-Lombardija, Molise, Marche, Piedmonte, Toscana, Umbria u Veneto. Il-provinċji ta’ Bolzano and Trento kienu wkoll iddikjarati bħala zoni sofor fl-aħħar sigħat.
F’din is-sitwazzjoni, numru kbir ħafna ta’ ristoranti fl-Italja jistgħu jservu lin-nies fuq barra wara xhur limitati għal servizzi ta’ takeaway u home deliveries. Sadanittant, is-servizzi ta’ catering baqgħu limitati għaz-zoni ta’ Basilicata, Kalabrija, Sqallija, Puglia and Valle d’Aosta – u meta Sardinja għadha l-unika zona ħamra fl-Italja, li jfisser li n-nies iridu jippreżentaw raġuni valida lill-awtoritajiet biex joħorġu minn djarhom.
Madankollu, is-sitwazzjoni fl-Italja issa permettiet għat-tneħħija tal-projbizzjoni għall-movimenti tan-nies bejn ir-reġjuni tal-pajjiż u li diġà tidher li qed tagħmel differenza kbira.
//= $special ?>