Rapport dwar l-aħħar żviluppi fil-ġlieda kontra l-Covid-19 qal li pillola li qed tiżviluppa l-kumpanija Pfizer bħala kura potenzjali għall-coronavirus kapaċi tibda tinbiegħ lill-pubbliku minn din is-sena — dment li jirnexxu l-provi kollha.
Il-pillola ‘antiviral’ — PF-07321332 — għandha tattakka ‘il-bażi tal-virus SARS-CoV-2’ biex ma tħallihx jiżviluppa fl-imnieħer , il-griżmejn u l-pulmun tal-persuna.
Kelliema għat-taqsima tal-Pfizer responsabbli mir-riċerka medika qalu li qegħdin jaħdmu fuq il-pillola bħala terapija orali potenzjali li kapaċi tkun preskritta mal-ewwel sinjal ta’ infezzjoni. Il-pillola għandha tevita sitwazzjonijiet fejn il-pazjenti jispiċċaw l-isptar jew taħt kura intensiva.
Sadanittant, hu rappurtat li l-provi għall-pillola diġà għaddejjin fuq il-voluntiera li għandhom bejn it-18 u s-60 sena fl-Istati Uniti u fi Brussell, fil-Belġju.
//= $special ?>