“Filwaqt li bħala pajjiż ninsabu għaddejjin minn żmien tant diffiċli fejn mijiet ta’ negozji u eluf ta’ ħaddiema jinsabu fix-xifer minħabba l-pandemija, il-gvern nefaq €85,000 fuq żewġ inawgurazzjonijiet tal-proġett tal-Marsa Junction.”
Hekk sostna fuq post fuq il-midja soċjali l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport u l-Infrastruttura Toni Bezzina fejn spjega li €40,000 intefqu fuq l-inawgurazzjoni tal-ewwel flyover fl-20 ta’ Settembru 2019 filwaqt li €45,000 intefqu fuq t-tieni inawgurazzjoni li saret ftit tal-jiem ilu.
Huwa insista li dan żgur mhux ġust mal-poplu.
Toni Bezzina saħaq li filwaqt li l-Oppożizzjoni hija favur proġetti infrastr, huwa sostna li filwaqt li l-Oppożizzjoni hija favur proġetti infrastrutturali li jgħollu l-livell tal-ħajja tan-nies, hija kontra l-isparpaljar ta’ flus il-poplu b’dan il-mod.