Ikompli jikber it-tħassib ta’ diversi persuni fil-Gżejjer Maltin rigward il-mod kif il-Gvern Laburista qiegħed jiprova jqarraq bil-poplu meta jibqa’ jinsisti li s-servizz tal-IVF huwa wieħed mingħajr ħlas.
Fil-programm Ilwien, imxandar fuq il-midja soċjali t-Tnejn filgħodu, il-preżentatriċi Janice Grech insistiet li l-politiċi m’għandhomx idawwru din il-kwistjoni f’ballun politiku … u għandhom iġibu l-interessi tal-persuni involuti l-ewwel u qabel kollox.
Dan filwaqt li Grech qrat diversi messaġġi sabiex tkun il-vuċi tan-nies f’din il-kwistjoni. Dawn in-nies qed jinsistu li ma jridux min jitħassarhom, iżda min jifimhom. U wisq aktar li toħroġ il-verità ta’dak li jgħaddu minnu.
Persuna saħqet li b’kollox nefqet €10,000 għal mediċini, oħrajn saħqu li nefqu €6,000 – b’kull ċiklu jiġik bejn €1,500 u €4,000 – f’turija ċara li minkejja li s-servizz huwa wieħed b’xejn, il-mediċina mhix!
Persuni oħrajn saħqu li koppji minn Għawdex isibuha ferm aktar diffiċli għaliex ikunu jridu jqattgħu lejl f’lukanda Malta minħabba d-donazzjoni tal-isperma tar-raġel.
Il-Partit Nazzjonalista fl-ahhar jiem insista li l-IVF għandu jkun kompletament b’xejn għal kulħadd bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jisħaq li għandu jitneħħa l-piż finanzjarju minn fuq il-koppji.
Il-Partit Nazzjonalista jinsab kommess li meta jkun fil-Gvern, il-mediċini tal-IVF ikunu b’xejn.
//= $special ?>