Lokali

Għin lil Bjorn jiftaħ it-tieni dar

Tul dawn is-snin Bjorn, Maria u tim ta’ voluntiera dejjem raw kif jistgħu biex jorganizzaw attivitajiet biex jinġabru flus. Il-proġett ta’ DAR Bjorn il-ġdida li tinsab f’Ħaż-Żebbuġ miexi ġmielu u jonqos l-aħħar ftit sforz biex jinġabru l-fondi ħalli nkunu nistgħu nimlew id-dar b’għamara, tgħammir eletroniku u kull tip ta’ furnishings li għandna bżonn. 

Id-dar ser tkun mgħammra bl-aqwa teknoloġija sabiex pazzjent b’ALS ikun jista’ jgħix b’mod indipendenti kemm jista’. Din id-dar ser ikollha faċilitajiet ta’ indoor pool sabiex jintuża bhala terapija kif ukoll ser ikun hemm kappella biex ikun hemm funzjonijiet reliġjużi u gym biex iservi ta’ eżerċizzju għar-residenti. Din id-dar ser tiffaċilta l-ħajja ta’ ħafna pazzjenti b’ALS. 

L-aħħar maratona ta’ ġbir ta’ fondi għal din id-dar ser ikun nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru bl-isem ‘926 to finish’. Fejn 9 jirrapreżenta x-xahar tal-avveniment, u 26 hija d-data. L-isem jirrapreżenta s-somma ta’ kemm fadal jinġabru flus sabiex DAR Bjorn il-ġdida tkun possibli. 

Il-lista ta’ persuni li qed jistennew b’ħerqa kbira li din id-dar ser tinfetaħ ma tispiċċa qatt. Il-pazzjenti kollha li qed jitolbu l-għajnuna minn ALS Malta qedgħin jiġu provduti tgħammir elletroniku u servizzi ta’ kura u terapiji b’xejn. Bħalissa ALS Malta qed tgħin ‘il fuq minn 200 pazzjent madwar Malta u Għawdex. 

Il-proġett ta’ DAR Bjorn ser ikun qed jiswa €5.5 miljuni li minnhom 85% diġa ġew miġbura, grazzi għall-maratoni li għamilna tul is-snin, attivitajiet żgħar u bejgħ ta’ prodotti minn www.maltaoutlet.com 

Kull qattra tgħodd biex tinfetaħ din il-binja li ser tkun id-dar ta’ pazzjenti li ħaqqhom jgħixu ħajja aħjar. 

Tista’ minn issa tgħin lil ALS Malta tkompli tgħin lil aktar pazzjenti billi; 

Iċċempel fuq –

5170 2016 – Euro 15

5100 2017 – Euro 20

5180 2018 – Euro 25

Tibgħat SMS –

5061 9271 – Euro 11.65

5061 8936 – Euro 6.99

Jew tibgħat donazzjoni bil-BOV Mobile pay fuq in-numru 79096249