Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li minkejja l-wegħdi elettorali kollha, il-gvern nesa lil min qed ibati minn diversi kundizzjonijiet.
Fl-Aġġornament tal-parlament id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo sellem lill-pazjenti li jbatu minn diversi kundizzjonijiet u qal li l-gvern għandu jwetta l-inizjattivi meħtieġa. Hu sostna li l-istatistika turi li hawn 900 persuna li jbatu bil-fibromyalgia iżda t-tobba jsostnu li hawn ferm iktar minn 900 pazjenti.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn il-pazjenti qed jgħaddu minn diffikultajiet kbar u sostna li hu stmat li 5% fil-popolazzjoni jbatu minn dawn il-kundizzjonijiet. Għalhekk il-gvern irid juri iktar appoġġ fil-mediċini u opportunitajiet ta’ xogħol mid-dar.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-fibromyalgia mhix ikkunsidrata bħala diżabbiltà iżda l-pazjenti huma kkunsidrati għal xi għajnuna. Jeħtieġ li dawn il-persuni jkunu mifhuma għaliex anki dawn ikomplu jżidu l-lista ta’ persuni fil-faqar. Il-gvern u l-awtoritajiet iridu jisimgħu għaliex dan il-persuni qed jgħixu battalja kuljum fi sptarijiet privati.
Id-deputat Nazjzonalista kompla li hawn persuni li għandhom dawn il-kundizzjonijiet li qed jgħixu weħidhom. Hu staqsa x’sar minnha l-klinika tal-fibromyalgia fil-Floriana u sostna li dawn il-persuni mhux jingħataw benefiċċji biex ilaħħqu mal-ħajja. Lanqas għall-vaċċin ma ssejħu dawn il-persuni, sostan Ivan Bartolo, li qal li biex jieħdu l-kura dawn il-persuni jridu jieħu l-leave minn atgħhom.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed jabbanduna lil dan is-settur minkejja l-weħdi elettorali kollha li għamel. Il-gvern nesa wkoll li hemm liġi li bilfors irid ikollhom persuni b’diżabbiltà impjegati fil-ministeri; il-gvern jinqeda biss bil-persuni vulnerabbli iżda wara jinsiehom. Hu kkritika l-mod kif il-gvern qed iwettaq abbużi mal-persuni viċin il-PL iżda jabbanduna lil min verament għandu bżonn. Il-poplu bi dritt ikun jaf kif dan il-gvern nesa l-wegħdi tiegħu, sostna Ivan Bartolo.
//= $special ?>