Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco appella beix il-liġi dwar ir-riforma tal-kirjiet kontrollati ma tkunx kontra diversi sentenzi u pożizjonijiet li l-qrati Ewropej diġà ħadu fil-konfront tal-liġijiet Malitn.
Fid-dibattitu parlementari dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Riforma tal-Krijiet Kontrollati, Mario de Marco qal li dan mhux l-ewwel attentat biex jinstab bilanċ bejn id-drittijiet tas-sidien u tal-inkwilini għaliex anki gvern Nazzjonalista kien ipprova jsib dan il-bilanċ diffiċli. Hu sostna li l-liġi u l-ġustizzja soċjali jevolvu biex illum kulħadd hu iktar konxju mill-importanza li d-drittijiet taż-żewġ partijiet ikunu protetti.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li s-sidien tal-propjetà kien u qed jiġu mċaħħda m-t-tgawdija tal-propjetà tagħhom mingħajr kumpens xieraq. Hu tkellem fuq il-possibbiltà li qrati Ewropej jistgħu jiddeċiedu li t-2% żieda proposta f’reviżjoni tal-kera mhux se tkun biżżejjed u li għalhekk dan ikollu jiżdied.
Mario de Marco tkellem dwar il-proposta ta’ għajnuna legali għall-inkwilin u qal li dan il-benefiċċju mhux qed jingħata lis-sidien. Għal dawn is-sidien li ilhom snin imċaħħda mit-tgawdija tal-propjetà tagħha, ikun jagħmel sens li l-għajnuna legali tkun estiża wkoll lis-sidien li r-regoli tal-għajnuna legali jitħallew kif inhuma.
Mario de Marco tkellem dwar il-proposti fir-rigward tat-test tal-mezzi, id-drittijiet tal-Bord tal-kera, ir-reviżjoni tal-kera fil-perjodu ta’ sitt snin u l-inċentivar tal-medjazzjoni fil-proċess tar-revżjoni tal-kera.
//= $special ?>