L-ideat ta’ sena ilu huma l-uniku direzzjoni li għandu l-Gvern sal-lum għall-irkupru enomomiku. Robert Abela u l-Ministri tiegħu għadhom ma fasslu ebda pjan konkret għall-irkupru ekonomiku, minkejja l-wegħda li f’Mejju pajjiżna kellu jitlaq jiġri.
Wieħed mid-diversi Ministri responsabbli għat-tfassil tal-pjan li għandu joħroġ lin-negozji mill-fondoq li sabu rwieħhom fih, Silvio Schembri, qal lil Net News li l-pjan joħroġ biss “meta jidhirlu l-Gvern“, minkejja li mijiet ta’ negozji qed jistennew din id-direzzjoni mill-aktar fis.
Ministru ieħor, din id-darba il-Ministru reponsabbli mill-istrateġija Post-Covid, Owen Bonnici, ukoll ikkonfermalna li l-istrateġija biex pajjiżna jitlaq jiġri għadha qed tinħema, iżda jidher li fadlilha mill-inqas xahrejn biex titlesta. Dan meta pajjizi ohra bħall-Italja diġa’ lestew il-pjan, u għandhom kollox approvat.
Sadanittant, mistoqsi kif pajjiżna se jirkupra meta l-pjan għadu mhux lest, il-Ministru Bonnici wieġeb biss li l-Gvern qed jagħmel dak kollu li jista’.
Totalment bla tweġiba dwar l-irkupru ekonomiku, il-Ministru responsabbli mill-gżira Għawdxija Clint Camilleri li ma kienx kapaċi jagħti mqarr ħjiel ta’ kif il-Gvern mistenni jerġa’ jqajjem l-ekonomija ta’ din il-gżira, tant li lanqas lissen kelma waħda meta staqsejnih dwar hekk.
Ridna nagħmlu wkoll l-istess mistoqsijiet lill-Prim Ministru Robert Abela, li kien hu stess li l-Ħadd waqt Konferenza tal-Aħbarijiet qal li l-pjan ta’ rkupru għad irid jitlesta, iżda bħal ma qed jagħmel kull darba li jara l-ġurnalisti, il-Prim Ministru, wara li qalilna li hu ma jaħrabx mill-ġurnalisti, għamlu propju hekk u daħal jiġri għall-kenn ta’ Kastilja.
L-istess Prim Ministru li ftit taz-zmien ilu kien qalilna li minn Mejju ‘business as usual‘ għadu bla pjan għal kif se jiġri dan.
//= $special ?>