Lokali

Il-PN irid politika li tipproteġi lill-ħaddiem u lil min irid jinvesti biex flimkien nagħmlu Malta aħjar – Bernard Grech

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jżur il-faċilitajiet ta' Simonds Farsons Cisk

“Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal Malta hi wahda fejn il-ħaddiem ikun jista jgawdi minn politika wiesa’ li tagħti xogħol ta’ dinjità u xogħol garantit. Dan, ghaliex il-ħaddiema huma parti integrali minn kull intrapriża u minn kull post tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex.” Hekk qal il-Kap tal-Oppozizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fi tmiem zjara fil-kumpanija Farsons bhala parti minn gimgha attivitajiet marbuta ma’ Jum il-Haddiem.

Il-Kap Nazzjonalista qal li huwa tajjeb li jkollna investituri u imprendituri li jkollhom il-kuraġġ li jieħdu r-riskju u bil-viżjoni tagħhom jinvestu, biex imexxu ‘l quddiem l-intrapriża u l-ekonomija tal-pajjiż, iżda huwa importanti wkoll li l-istess imprendituri japprezzaw lill-ħaddiema tagħhom.

“Irridu napprezzaw li l-ħaddiema huma ħolqa importanti ħafna għax-xogħol, u ghalhekk irridu nkunu pro-attivi anke fil-qasam tax-xogħol fejn nippromovu l-bżulija u fejn żagħżagħ li jaħdmu, jiġu premjati talli qed jagħmlu dan u jieħdu dak li jkun jixraqilhom. Dan minbarra dawk il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom li ghandhom ikomplu jitħarrġu u jibqgħu jissaħħu għaliex huma parti essenzjali mill-ekonomija u s-soċjeta’ ta’ pajjiżna,” qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

F’din iż-żjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista iltaqa’ mal-ħaddiema mis-setturi differenti tal-kumpanija u dar il-facilitajiet tal-kumpanija akkumpanjat mic-Chairman tal-Grupp Louis Farrugia u l-Kap Ezekuttiv Norman Aquilina.

Id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kienet tinkludi lil Kristy Debono, Kelliema għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Industrija u l-Kandidati Ivan Castillo u David Pace Ross.