Kurżitajiet Lokali

“Il-Qorti Ewropea qatt ma’ qalet li l-abort huwa dritt fundamentali tal-bniedem” – Giovanni Bonello

“Il-ħarsien tas-saltna tad-dritt, tal-governanza onestà, dawn huma bħal tazza sabiħa, li tista’ titkisser, tista’ ssir frakk bl-iċken nuqqas ta’ viġilanza”

Din hija silta minn dak li se jixxandar illum waqt il-programm PROFILI, hekk kif il-mistieden ta’ din il-ġimgħa se jkun l-imħallef Giovanni Bonello.

L-imħallef Giovanni Bonello se jkun  jirrakonta fuq meta kien ċkejken, kif leħaq avukat, u l-esperjenzi tiegħu fil-Qorti Maltija, u kif ukoll l-irwol bħala Imħallef fil-Qorti Ewropea. Il-mistoqsijiet se jgħinu mhux ftit biex insiru nafu aktar lill-protagonist.

Huwa fost l-oħrajn se jitratta ukoll numru ta’ temi, inkluż l-abort.

“Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sal-lum qatt ma’ qalet li l-abort huwa dritt fundamentali”

L-intervista ta’ James Aaron Ellul flimkien ma’ Giovanni Bonello se tixxandar illejla fid-8.45pm fuq NET TV.

Giovanni Bonello