Internazzjonali

Iran: Sena ħabs għal mara ta’ ċittadinanza Britannika

Add New Post

Save draftPreviewPublishAdd title

Qorti li tibbaża fuq ‘l-ispirtu tar-Rivoluzzjoni Iżlamika’ ikkundannat mara  ta’ ċittadinanza doppja – Britannika u Iranjana – għal sena oħra ta’ priġunerija u fejn hi wkoll ipprojbita milli tħalli l-pajjiż għal tnax-il xahar.

Il-mara kundannata, Nazanin Zaghari-Ratcliffe – li hi miżżewġa lill-Britanniku Richard Ratcliffe — hi project manager mal-grupp ta’ fejda Thomson Reuters Foundation Charity. Intant, hi ilha miżmuma fl-Iran minn April tal-2016 u issa se jkollha terġa’ tiskonta l-priġunerija wara li nstabet ħatja dwar akkużi ta’ ‘propaganda kontra r-Repubblika Iżlamika (tal-Iran).’

Din il-mara, ix-xahar li għadda, kienet inħelset minn sitwazzjoni ta’ arrest f’darha ( f’Tehran) u wara li hi kienet ikkundannata għal ħames snin ħabs — skont verdett tal-2016, li kien sabha ħatja dwar ‘kumplott kontra l-Gvern Iranjan’.

Madankollu Zaghari-Ratcliffe ‘mal-ewwel’ kellha tiffaċċja dan il-każ ġdid fil-qorti u li kellu jirriżultalha fi priġunerija. Hi qed tiċħad l-akkużi, bl-avukat tagħha mistenni jappella mis-sentenza ġdida fi żmien il-21 jum permessi mil-liġi tal-Iran.