Lokali Parlament

Jeħtieġ rieda politika ferm ikbar mill-gvern biex jissolvew il-problemi tal-kirjiet kontrollati tal-propjetà

Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-gvern għandu jkollu rieda politika ferm ikbar minn dik li wera fl-aħħar tmien snin fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali biex id-drittijiet tas-sidien tal-propjetà u tas-sidien ikunu protetti.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Riforma tal-Kirjiet Kontrollati, Ryan Callus qal li għall-PN, il-kwistjoni tal-propjetà u l-kera hi ta’ prijorità u sostna li l-PN jenfażizza r-realtà ta’ liġijiet attwali tal-liġiijet ta’ qabel l-1995, il-liġijiet lokali fil-kuntest tas-sentenzi tal-qrati Maltin u Ewropej u jkun hemm soluzzjonijiet immedjati. Il-liġi kif proposta mill-gvern se twassal għal kawżi ġodda fil-qrati bejn l-inkwilini u s-sidien.

Għalhekk il-PN ippropona alternattivi lil hinn mill-qrati; fost dawn hemm il-medjazzjoni. Il-PN qed jipproponi wkoll inċentivi li jgħinu biex il-medjazzjoni ssir b’suċċess. Il-gvern qed jipproponi li l-każi jmorru l-qrati quddiem il-Bord tal-Kera iżda mhux qed jispeċfika l-perjodi.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar l-għajnuna li se tingħata f’dan il-proċess fosthom lill-anzjani, li wħud minnhom jinsabu f’riskju ta’ faqar. Il-gvern għandu obbligu li l-vulnerabbli ma jispiċċawx bla dar; għalhekk jeħtieġ skemi li jindirizzaw dan l-aspett.

Hu qal li hemm il-possibbiltà li s-sidien jingħataw il-propjetà tagħhom u sostna li għal min irid il-propjetà tiegħu lura, din il-liġi mhix soluzzjoni. Dan l-abbozz hu titjib iżda ma jġibx serħan tal-moħħ.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-problema llum hi ta’ 10,000 każ u kieku ma sarux ir-riformi li għamel gvern Nazzjonalista il-problema kienet tkun ta’ 20,000. Fl-2009 gvern Nazzjonalista rregola li l-kuntratti nnfushom jirregolaw lilhom innfushom. Il-gvern qed jalloka €1 miljun biss fil-każi involuti; bla dubju dan l-ammont mhux suffiċjenti.

Waħda mis-soluzzjonijiet kienet li tingħata akkomodazzjoni alternattiva iżda l-gvern m’għamel xejn fl-aħħar tmien snin. Din hi soluzzjoni aħjar għaliex issa l-gvern mhux s ejkun qed ibiegħ il-propjetà tiegħu.

Id-deputat Nazzjonalista qal li mhux minnu li s-sidien huma sinjuri sempliċiment għax għandhom il-propjetà.