It-Tnejn filgħodu, diversi żoni kummerċjali f’pajjiżna reġgħu raw il-ħajja hekk kif wara ġimgħat magħluqin fethu mill-gdid il-hwienet tal-ħwejjeġ u l-mużewijiet, kif ukoll ħwienet tax-xagħar, tad-dwiefer, u tas-sbuħija.
Fil-Belt Valletta wieħed seta’ jinnota aktar nies iduru l-ħwienet u jixtru dawk il-bżonnijiet li ma setgħux jixtru fl-aħħar ġimgħat.
Net News tkellem ma’ wħud mis-sidien ta’ negozji li fetħu mill-ġdid mar-rilass tal-miżuri, fejn spjegaw kif il-fatt li reġgħu fetħu l-istabbiliment tagħhom kien ta’ sodifazzjon għalihom minkejja li jafu li n-negozju se jieħu ż-żmien tiegħu biex jirkupra sew.
L-istess sidien appellaw ukoll biex kulħadd jibqa’ jżomm mal-miżuri sabiex ma nerġgħux insibu ruħna f’sitwazzjoni fejn ikollna nerġgħu nagħlqu.
Kruċjali biex verament jibdew jirrankaw ħafna min-negozji se jkun it-turiżmu. Anke l-ftuħ tal-cafeterias u tar-ristoranti b’mod sħiħ jgħinu biex jiġi ġenerat aktar bejgħ fil-ħwienet.
Ir-ristoranti u l-barijiet s’issa għadhom magħluqa. U mill-10 ta’ Mejju l-istabbilimenti tal-ikel se jkunu permessi li jifthu sal-5pm. Fi kliem sempliċi, mijjiet ta’ negozji se jkunu ferm ‘il boghod mill-business as usual li kien wieghed Robert Abela.
Intant, il-gyms, it-teatri u l-iskejjel tal-Ingliż għadhom magħluqin.
It-Tnejn komplew jitnaqqsu wkoll ir-restrizzjonijiet b’rabta mal-massimu ta’ kemm jistgħu jinġabru nies flimkien. Fil-fatt, issa l-massimu hu ta’ 4 housholds f’kull dar, u 4 persuni fuq barra.
F’Marzu, il-Gvern kellu jhabbar it-tieni lockdown wara li s-sitwazzjoni harbitlu minn idejh…u l-kazi tal-Covid kienu splodew b’mod allarmaneti sakemm f’jum wieħed biss fl-10 ta’ Marzu kienu ġew irreġistrati 510 każi ġodda f’temp ta’ 24 siegħa.
//= $special ?>