Coronavirus Saħħa

Jerġgħu jiftħu l-pubs fl-Iskozja u Wales

L-Iskozja bdiet it-triq lura lejn in-normalità hekk kif illum qed jiftħu mill-ġdid il-pubs madwar il-pajjiz. Fetħu wkoll il-gyms u l-iswimming pools, filwaqt li r-ristoranti Skoċċiżi bdew joperaw b’mod normali.

L-Iskozja u l-bqija tar-Renju Unit issa rkupraw sew mid-daqqa tal-pandemija, bil-programm ta’ tilqim miexi tajjeb ħafna.

Il-pubs u r-ristoranti f’Wales ukoll fetħu mill-ġdid u qed iservu lin-nies fuq barra.

Fil-kaz ta’ Wales, irritornaw ukoll it-tiġijiet b’numru ta’ restrizzjonijiet filwaqt li l-limitu ta’ nies li jistgħu jinġabru flimkien issa tela’ għal sitt housholds. Is-cinemas u t-teatri f’dan il-pajjiż se jiftħu fis-17 ta’ Mejju.