Futbol Sport

Leicester isaħħu t-tielet post

(Ritratt: EPA)

Rebħa diffiċli ta’ 2-1 għal Leicester fuq Crystal Palace. Tliet punti li permezz tagħhom Leicester saħħew posthom fit-tielet post bi 62 punt ħamsa anqas minn Manchester United. B’din it-telfa Crystal Palace baqgħu fit-13 il-post bi 38 punt. Kontra x-xejra tal-logħob fit-12 il-minuta Crystal Palace marru fil-vantagg permezz ta’ WILFRIED ZAHA li minn azzjoni ta’ Eberechi Eze għeleb lil Kasper Schmeichel. Crystal Palace zammew il-vantaġġ minimu sa tmiem l-ewwel taqsima. It-tieni taqsima kienet dominata għal kollox minn Leicester li fil-50 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Iheanacho, kien TIMOTHY CASTAGNE li għeleb lil Vicente Guaita. Minkejja li komplew fuq l-offensiva kien biss fit-80 minuta li Leicester marru fil-vantagg. Gowl ta’ KELECHI IHEANACHO li minn pass ta’ Jonny Evans għeleb mill-ġdid lil Guaita.