Lokali

Malti se jinġieb lura pajjiżna wara li ttestja pożittiv għall-COVID-19 fl-Indja

Rapporti qed jindikaw li Raġel Malti li jinsab l-Indja u li marad b’mod kritiku bil-COVID-19 mistenni jinġieb lura f’pajjiżna għada permezz ta’ ajruplan.

Ir-raġel ta’ 47 sena kien fil-Kapitali Indjana ma’ martu fejn ilhom joqogħdu mill-bidu ta’ Marzu biex jadottaw tarbija.

Il-koppja ttestjat pożittiva għall-COVID-19 hekk kif kienu qed jagħmlu l-aħħar arranġamenti biex jirritornaw lura lejn pajjiżna iżda sfortuntament il-kundizzjoni tar-raġel inbidlet f’waħda kritika.

F’ħin minnhom, it-tobba kienu qed jikkunsidraw li jpoġġu lir-raġel Malti f’induced coma, iżda l-kundizzjoni tiegħu tjiebet kemmxejn fl-aħħar 24 siegħa u ttieħdet deċiżjoni biex jiġi intubat. Ir-raġel ilu jingħata l-kura fl-Isptar Manavta, barra New Delhi mit-18 ta’ April.

Għadu mhux magħruf jekk martu kif ukoll bintu li għadha kemm ġiet addottata ser jitħallew jivvjaġġaw mar-raġel jew le.