F’finali mill-isbaħ, Rafael Nadal rebaħ l-Open ta’ Barcelona għat-tnax il-darba fil-karriera. Huwa għeleb lil Stefanos Tsitsipas tal-Greċja. Nadal beda 4 – 2 minn taħt iżda rkupra biex rebaħ l-ewwel set 6 – 4. In-numru ħamsa fid-dinja Tsitsipas fit-tieni set wara fl-għaxar lgħoba mgħamel l-iskor indaqs rebaħ fuq tie break 8 – 6. Fit-tielet set kien Nadal li minn match point rebaħ 7 – 5.
Il-finali damet xejn anqas minn tlett sigħat u 38 minuta u kien il-61 success fil-karriera għal Nadal fuq court tat-tafal b’Tsitsipas jikkonferma l-potenzjal tiegħu wara li aktar qabel kien rebaħ l-Open ta’ Monte Carlo wara li fi Frar kien rebaħ lil Nadal fl-Open tal-Awstralja.
F’finali oħra mill-isbaħ fl-Open tas-Serbija f’Belgrad, Matteo Berrettini tal-Italja rebaħ ir-raba’ titlu tal-karriera. Fil-finali għeleb lin-numru 10 fid-dinja Aslan Karatsev tar-Russja li fis-semi finali kien għeleb lil favorit Novak Djokovic . Berrettini ddomina għal kollox l-ewwel set li rebaħ 6 – 1. Madankollu sofra l-pressjoni ta; Karatsev fit-tieni set bir-Russu jirbaħ 6 – 3 . Is-set deċiżiv miftuħ għal kull riżultat spiċċa mirbuħ minn Berrettini 7 – 6
//= $special ?>