Internazzjonali Kultura Kurżitajiet

‘Nomadland’ ikaxkar tliet Oscars; Anthony Hopkins jieħu l-Oscar għall-aqwa attur

Il-film Nomadland iddomina s-serata tal-Oscars ta’ din is-sena fejn ħa total ta’ tliet statwi tad-deheb. Nomadland filfatt kien innomat għa sitt Oscars b’kollox u spiċċa ħa l-Oscar għal Attriċi f’parti prinċipali, għad-Direzzjoni u ħa wkoll il-Best Picture.

Id-direttriċi ta’ dan il-film Chloe Zhoar hija l-ewwel mara li kellha erba’ nominazzjonijiet f’sena waħda.

Intant l-attur veteran Anthony Hopkins ħa miegħu l-Oscar għal Attur fi Rwol Prinċipali għall-parti tiegħu f’The Father filwaqt li Daniel Kaluuya rebbieħ l-Oscar għal Attur f’Supporting Role bil-parti li ħadem f’Judas And The Black Messiah.

L-attriċi Frances Mc Dormand rebħet l-Oscar għal Actress in a Leading Role fil-film Nomadland u Yuh-Jung Youn rebġet Supporting Actess għall-parti tagħha fil-film Minari.