Lokali

Pollakk bi ġrieħi gravi wara inċident fis-Swieqi

Pollakk ta’ 40 sena residenti San Ġwann, għal ħabta tas-14.30 kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Andrija, is-Swieqi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Volkswagen Polo, misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti n-Naxxar, u mutur Benelli, misjqu mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.