Lokali Parlament

Proposti konkreti mill-PN fis-settur tal-ospitabbiltà

Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo

Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo qal li l-proposti li ressaq il-PN għas-settur tal-ospitabbiltà huma konkreti u għandhom ikunu kkunsidrati b’mod pożittiv.

Fl-Aġġornament tal-parlament Robert Arrigo qal li d-dokument ta’ starteġija għall-industrija tal-ospitabbiltà hu fattibli u mhux biss lista ta’ xewqat. Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-proposti jgħlu ħafna sens u jistgħu jgħinu lill-industrija tal-ospitabbiltà biex anki din is-sena tkun waħda tajba.

Jekk ma jsirx dan il-gvern se jkollu jibqa’ jħabbar skemi ta’ €1 miljun fil-ġimgħa; l-iskemi għandhom isiru bi pjan biex il-pajjiż jattria lejn l-pajjiż turisti li jridu jiħu Malta u mhux biss il dawn li bilfors iridu jiġu Malta.

Id-deputat Nazzjonalista ma qabilx li l-gvern jagħti l-flus biex jiġu t-turisti u qal li l-vouchers m’humiex għal kulħadd. €20 miljun f’inċentivi huma ftit ħafna, sostna Robert Arrigo, li enfażizza s-sigurtà, konnettività u l-osputabbiltà.

Hu qal li t-2 + 8 huma għaliex fl-ewwel sentejn huma l-ewwel irkupu biex fit-tmien snin ta’ wara jkun hemm l-irkupru kollu. Id-deputat Nazzjonalista enfażizza l-importanza tas-sigurtà tal-persuni li jkunu ġejjin Malta. F’dan id-dokument, il-PN qed jolqot lil kulħadd u qed jagħti eżempji konkreti, jenfażizza l-importanza taż-żona tal-Port il-Kbir, riklamar partikolari u ffikuat u inizjattivi pożittivi fuq il-ħlas tal-VAT.

Robert Arrigo appella biex dan id-dokument ta’ ħidma jkun imtejjeb b’iktar ideat u appella lill-gvern biex jikkunsidra dan id-dokument.