Lokali

Raġel bi ġrieħi serji u ieħor bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħad-Dingli

Raġel ta’ 29 sena minn Nepal qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li raġel ieħor ta’ 26 sena wkoll minn Nepal qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija.

Għall-ħabta tat-20:00, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl tal-Pitkali, Ħad-Dingli. 

L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 29 sena minn Nepal tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco Agility, u waqa’. Miegħu kien hemm passiġġier raġel ta’ 26 sena minn Nepal ukoll. 

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-passiġġier ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.