Il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tad-9pm il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li raġel ta’ 24 sena residenti Raħal Ġdid kien dieħel ġo Ford Focus, intlaqat minn Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħal Qormi. Iż-żewġ vetturi ġarbu xi ħsarat.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>