Ebda problema għal Lazio biex għelbu lil Milan fejn b’din it-telfa Milan intlaħqu minn Napoli u Juventus b’Lazio saħħew posthom fis-sitt post minkejja distakk ta’ ħames punti minn l-istess tlett timijiet. Wara biss żewġ minuti Lazio fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Ciro Immobvile, kien JOAQUIN CORREA li għeleb lil Gigi Donnarumma . Minkejja li Milan ippruvaw iwettqu reazzjoni fit-43 minuta minn pass ta’ Joaquin Correa kien Manuel Lazzari li mill-ġdid għeleb lil Donnarumma . Madankollu Daniele Orsato wara li kkonsulta l-VAR ma’ kkonvalidax il-gowl minħabba offside. It-tieni gowl iżda wadal fil-51 minuta meta minn pass ta’ Luis Alberto kien mill-ġdid JOAQUIN CORREA li għeleb lil Donnarumma. Bil-partita deċiza, tlett minuti mit-tmiem minn azzjoni ta’ Lazzari kien CIRO IMMOBILE li kkonkluda għat-3–0.
Kollox faċli għal Napoli li sal-ewwel kwarta skorjaw darbtejn. Fil-11 il-minuta kien TIEMOUE BAKAYOKO li minn pass ta’ Giovanni di Lorenzo, b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Salvatore Sirigu. Fl-14 il-minuta minn kontrattakk, VICTOR OSIMHEN daħal waħdu, dar ma’ Sirigu biex għamel l-iskor 2- 0 . Żewġ gowls li kienu biżżejjed għal Napoli biex jikkontrollaw u jtemmu l-ewwel taqsima b’vantaġġ doppju. Fit-tieni taqsima, minkejja li Torino f’mumenti wettqu reazzjoni rari impenjaw serjament lil Alex Meret b’riżultat li Napoli kkontrollaw il-partita li litteralment kienu għalqu fl-ewwel kwarta logħob. Fis-86 minuta Paolo Valeri ma kellu ebda alternattiva ħlief li jkeċċi lil Rolando Mandagora ta’ Torino wara ammonizzjoni doppja. Rebħa li permezz tagħha Napoli telgħu fir-raba’ post flimkien ma’ Juventus filwaqt li Torino baqgħu fiz-zona ta’ relegazzjoni b’31 punt daqs Cagliari u Benevento.
//= $special ?>