Coronavirus Lokali Saħħa

45 każ ġdid ta’ Covid-19, 400 każ attiv

Pajjiżna fl-aħħar sigħat kellu 45 każ ġdid, filwaqt li fiequ 67 persuna mill-virus tal-Covid. Il-każijiet attivi f’Malta issa huma 400.

Fortunatament fl-aħħar 24 siegħa ma kellna l-ebda mewta kaġun tal-Covid-19, biex l-ammont ta’ vittmi baqa’ 413.

Minn Marzu 2020 ‘l hawn kellna 30,234 każ ta’ Coronavirus f’Malta. L-ammont ta’ dawk li fiequ huwa dak ta’ 29,421.

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta saru ftit aktar minn 1,500 swab test filwaqt li dawk li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin issa jammontaw għal 102,535.

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta saru ftit aktar minn 1,500 swab test filwaqt li dawk li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin issa jammontaw għal 102,535.

Intant, l-awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika ħabbru li issa  r-Renju Unit, m’għandux jibqa’ jitqies fiż-żona ħamra għall-ivvjaġġar, u se jiddaħħal fiż-żona oranġjo.

Kull persuna li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista oranġjo għandu jipprovdi PCR test negattiv magħmul mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Min ma jiprovdiex dan it-test tal-Covid ikun sottomessi għall-ittestjar f’Malta …u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.