Bejn illejla u għada jintlagħbu l-ewwel legs tas-semifinali tal-UEFA Champions League.
Illejla f’Estadio Alredo di Stefano Real Madrid jilgħabu kontra Chelsea. Dan se jkun ir-raba’ konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet fl-Ewropa hekk kif iltqagħu kontra xulxin ukoll fil-Cup Winners’ Cup u anke fil-UEFA Super Cup. Għal Chelsea din se tkun it-tmien semifinali fl-istorja tagħhom f’din il-kompetizzjoni filwaqt li għal Real Madrid din se tkun l-14-il waħda, bl-Ispanjoli jibqgħu l-aktar tim ta’ suċċess fil-UEFA Champions League.
Għada f’Parc des Princes, PSG jilgħabu kontra Manchester City. PSG ilhom ma jirbħu lil Man City f’kompetizzjoni Ewropeja għal dawn l-aħħar tliet partiti, bit-tim Ingliż, jelimina lill-Franċiżi fl-aħħar partita li ltaqgħu bejniethom fl-istaġun 2015/16 mill-istess kompetizzjoni. PSG huma t-tielet tim Franċiż li wasal sas-semifinali tal-UEFA Champions League filwaqt li għat-tim ta’ Pep Guardiola din se tkun r-raba’ semifinali f’kompetizzjoni Ewropeja.
//= $special ?>