Futbol Sport

Daniel Ek flimkien ma’ Thierry Henry, Dennis Bergkamp u Patrick Viera nteressati li jixtru lil Arsenal

Wieħed mill-fundaturi ta’ Spotify Daniel Ek flimkien mal-eks players Theirry Henry, Dennis Bergkamp u Patrick Viera huma interessati li jixtru lil Arsenal hekk kif fil-jiem li ġejjin mistennija li joffru somma kbira ta’ aktar minn tliet biljun ewro lis-sid ta’ Arsenal Stan Kroenke li għandu l-akbar sehem fil-club minn Londra.

Daniel Ek ħabbar l-interess tiegħu aktar kmieni matul il-ġimgħa li għaddiet hekk kif għadd ta’ partitarji ħarġu jipprotestaw kontra t-tmexxija tal-club wara li s-sidien tal-club kienu parti mill-European Super League. Ek li huwa wkoll partitarju ta’ Arsenal, wiegħed rappreżentanza tal-partitarji fil-bord tal-club.