Fl-ewwel semifinali, f’Estadio Alfredo di Stefano, Real Madrid u Chelsea temmew fi draw ta’ 1-1, f’partita bilanċjata bejn żewġ timijiet li huma offensivi iżda fl-istess ħin dixxiplinati fid-difiża. B’Chelsea jkunu xi ftit aħjar minn Real Madrid fl-ewwel ħinijiet, it-tim imexxi minn Zinedine Zidane uża l-esperjenza tiegħu f’din il-kompetizzjoni biex jikkontrolla lill-avversarji.
Bidu mill-aqwa għal Chelsea hekk kif wara 10 minuti setgħu fetħu l-iskor meta wara li l-cross ta’ Mason Mount kien devjat, il-ballun niżel fuq ras Christian Pulisic li għadda lejn Timo Werner, bil-goalkeeper Belġjan ta’ Chelsea Tihabut Courtois jkun strumentali biex isalva t-tentattiv tal-attakkant Ġermaniż. Chelsea rnexxielhom imorru fil-vantaġġ fl-14-il minuta meta minn ballun fit-tul ta’ Antonio Rudiger, il-ballun niżel f’saqajn PULISIC li wara li dar mal-goalkeeper u qabeż xi players ikkonkluda fix-xibka għal 1-0.
Real Madrid wettqu reazzjoni, u wara li kellu xutt mid-distanza li ħabat mal-wieqfa, KARIM BENZEMA ġab l-iskor indaqs fid-29 minuta meta minn cross ta’ Marcelo, Casemiro għadda lejn Militao li sab lill-attakkant Franċiż li wara li kkontrolla tajjeb fajjar xutt b’saħħtu fis-saqaf tax-xibka li għeleb għal kollox lil Mendy.
Fit-tieni taqsima, l-andament tal-partita kkalma xi ftit biż-żewġ timijiet joħolqu ftit azzjonijiet perikolużi hekk kif dehru jibżaw li jsofru l-gowl.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
SEMIFINALI: Illum: Real Madrid v Chelsea 1-1 Għada: PSG v Man City 9.00pm
//= $special ?>