Lokali

FILMAT: Karozza tal-linja tieħu n-nar f’Burmarrad

Għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu karozza tal-linja ħadet in-nar f’Burmarrad.

Minn informazzjoni li waslitilna jidher li ma kien hemm ħadd fil-karozza tal-linja.

L-inċident seħħ fi Triq il-Mosta, Burmarrad. S’issa għadu mhux ċar x’wassal biex din il-karozza tieħu n-nar.

Fuq il-post kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili li ġabu taħt kontroll in-nirien, iżda madankollu l-vettura ġarbet ħsarat kbar.

Persuni li tkellmu magħna qalulna li l-ħoss tal-isplużjoni tant kien kbir li nstema’ minn diversi nħawi. Kawża ta’ dan kollu kien hemm djar li ġarbu ħsarat filwaqt li xi residenti kellhom jittieħdu l-Isptar minħabba x-xokk li sofrew. Iżda fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.