Proposti mill-Partit Nazzjonalista li jiffukaw kemm fuq pjan immedjat kif ukoll fuq pjan iktar fit-tul… proposti b’għajnujiet speċifiċi għall-oqsma kollha li jmissu direttament mas-settur turistiku.
Dawn huma ftit mir-reazzjonijiet pożittivi tal-Korpi Kostitwiti wara li ftit tal-jiem ilu l-PN ressaq il-proposti tiegħu għas-settur turistiku.
Iain Tonna, mill-Assoċjazzjoni tal-aġenziji tal-ivjaġġar u tat-turiżmu qal li laqathom ħafna il-pjan ta’ 2+8 fejn l-ewwel se jkun hemm pjan għall-ewwel sentejn li jiffoka fuq l-irkupru finanzjarju wara d-daqqa tal-pandemija bit-tmien snin l-oħra jinlkludu d-direzzjoni ta’ dan is-settur għall-futur.
Iain Tonna qal li l-aktar ħaġa li laqtithom kienet il-proposta li se jkun hemm għajnunjiet li permezz tagħhom huma jkunu jistgħu jkomplu jagħmlu riklam għal Malta bħala destinazzjoni turistika.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering Reuben Buttigieg qal li dan huwa pjan ħolistiku bi proposti li jolqtu direttament lis-settur li huwa jirrappreżenta. Bl-iktar prosposta li laqtithom kienet dik ta’ tnaqqis fil-VAT. Dan għandu jwassal messaġġ pożittiv li Malta qed tikkompeti ma’ pajjiżi oħra. Buttigieg qal li permezz ta’ dawn il-proposti tal-PN, pajjiżna jista’ jidħol f’niċeċ li permezz tagħhom nistgħu nattiraw iktar turisti lejna.
//= $special ?>