Futbol Sport

Il-UEFA se tħalli skwadri ta’ 26 player għall-EURO 2020

Fil-jiem li ġejjin, il-UEFA mistennija taċċetta li n-nazzjonijiet li se jikkompetu fl-EURO 2020 tas-sajf li ġej se jkunu jistgħu jieħdu 26 player minflok 23 kif kien orġinarjament. Ix-xahar li għadda l-UEFA kienet diġa ħabbret li n-nazzjonijiet li se jieħdu sehem se jkunu jistgħu jagħmlu ħames sostitutzzjonijiet waqt il-partiti.

Jidher li din id-deċiżjoni se tkun qed tħalli mpatt pożittiv fuq il-players hekk kif aktar players se jkollhom iċ-ċans li jintgħażlu għal din il-kompetizzjoni. L-EURO 2020 se tibda fit-13 ta’ Ġunju u tintemm xahar wara bil-partiti se jkunu qed jintlagħbu madwar l-Ewropa.