Il-UEFA fetħet investigazzjoni dwar il-każ ta’ Zlatan Ibrahimovic b’rabta mal-involviment tiegħu f’waħda mill-kumpaniji tal-imħatri li hi rreġistrata f’Malta. Jidher li l-UEFA se tkun qed timxi skond Artiklu 31(4) tar-regoli dixxiplinarji tal-UEFA fejn jgħid li l-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA, il-President tal-UEFA u s-Segretarju Ġenerali tal-UEFA għandhom d-dritt li jinvestigaw permezz tal-esperti, każijiet fejn ikun hemm ksur ta’ etika u dixxiplina.
Din l-aħbar kienet żvelata fl-Iżvezja minn Aftonbladet fejn hu allegat li Ibrahimovic għandu sehem ta’ 10% fil-kumpanija li hi rreġistrata f’Malta bl-isem ta’ la Bethard.com. Artiklu 12 tar-regoli dixxiplinarji tal-UEFA jgħid li persuni nvoluti jew li b’xi mod għandhom jsegwu r-regoli tal-UEFA ma jistgħux ikunu involuti f’sitwazzjonijiet li jistgħu jtappnu l-integrità tal-logħba tal-futbol jew tal-kompetizzjonijiet organizzatti mill-istess assoċjazzjoni.
Dwar dan il-każ il-club li fil-preżent qiegħed jilgħab miegħu Ibrahimovic, qal li se jkun qed jirreġixxu meta jkunu notifikati mill-UEFA.
//= $special ?>