Edukazzjoni Lokali

Inġustizzja min-naħa tal-Gvern fil-konfront tal-iskejjel tal-Ingliż – FELTOM

Permezz ta’ stqarrija l-Federazzjoni tal-Organizazzjonijiet tat-tgħallim tal-lingwa Ingliża, il-FELTOM qalet li qed tħoss li dan is-settur qed ibati inġustizzja tal-Gvern hekk kif dawn l-iskejjel baqgħu magħluqa.

Il-Federazzjoni qalet li dan se jħalli impatt negattiv fuq l-iskejjel għax Malta qed tikkompeti ma’ swieq li preżentament huma miftuħa u l-istudenti jkunu jistgħu jmorru fil-pajjiż rispettiv.

L-istqarrija kompliet li din l-industrija tat ħafna lill-ekonomija, xieraq li issa tingħata aktar rikoxximent.