Rapport imħejji mill-grupp Human Rights Watch (HRW) qal li Iżrael qed iwettaq ‘reati kontra l-umanità’ fil-konfront tal-Palestinjani u li l-poplu Palestinjan qed ikun suġġett għall-effetti ‘tal-apartheid u prosekuzzjoni’.
Il-Human Rights Watch irid ukoll li l-komunità internazzjonali tevalwa mill-ġdid ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Iżraeljani li ilhom is-snin jippruvaw iżommu ‘kontroll dejjiemi’ fuq il-Palestinjani.
Kenneth Roth, id-direttur eżekuttiv ta’ HRW, qal li ‘filwaqt li ħafna pajjiżi qed jitrattaw l-okkupazzjoni tal-artijiet tal-Palestinjani bħala sitwazzjoni temporanja li tista’ titranġa bi proċess għall-paċi, l-oppressjoni tal-Palestinjani f’dawk it-territorji tiddefinixxi r-reati ta’ apartheid u persekuzzjoni’.
L-okkupazzjoni tal-artijiet ilha għal nof-seklu u Kenneth Roth qal li dawk kollha li qed jaħdmu għall-paċi bejn Iżrael u l-Palestinjani għandhom jirrikonoxxu r-realtà u jintroduċu l-miżuri meħtieġa għar-rispett tad-drittijiet umani fl-artijiet partikulari.
Intant, Iżrael warrab għal dan ir-rapport li rrefera għalih bħala propaganda. Dan waqt li l-Iżraeljani akkużaw lil Human Rights Watch dwar ‘aġenda kontra pajjiżhom’ fost il-kummenti li l-grupp ‘ilu ilu s-snin jipprova jattiva l-bojkotts kontra Iżrael’.
//= $special ?>