In-numru wieħed fid-dinja tas-snooker professjonali, Judd Trump għadda għal kwarti finali wara li għeleb 13 – 8 lin-numru 15, David Gilbert semi finalist fl-edizzjoni tal-2019.
Trump, ta’ 31 sena jibqa’ l-favorit prinċipali biex jirbaħ il-Kampjonati tad-Dinja ta’ din is-sena.
Madankollu kellu jitħabat aktar mill-previst kontra Gilbert minkejja li għamel break ta’ 107.
Kien Trump li fetaħ vantagg ta’ 11 – 5 li wassal għal reazzjoni minn Gilbert li naqqas id-distakk għal 12- 8 sa kemm Trump, rebbieħ tal-edizzjoni tal-2019 rebaħ il-21 frame biex għalaq 13-8. L-aħjar breaks għal Gilbert kienu ta’ 68 u 79
Stuart Bingham ta’ Wales ingħaqad ma’ Trump fil-kwarti finali wara li ftit tħabat biex rebaħ 13-6 lil Jamie Jones.
Bingham rebbiex tal-edizzjoni tal-2015 kellu wirja mill-aqwa bi breaks ta’ 117, 68 u 102 fejn fir-rawnd tal-aħħar tmienja jilgħab kontra Anthony McGill tal-Iskozja.
//= $special ?>