Wara esperjenza pożittiva ma’ RB Leipzig, Bayern Munich ikkonfermaw lil coach Julian Nagelsmann se jkun qed immexxi lill-klabb mill-istaġun li ġej. Nagelsmann se jkun qed jieħu post Hans Flick li ftit jiem ilu ħabbar li mhux se jkun qed ikompli l-esperjenza ta’ suċċess li kellu ma’ Bayern Munich, bl-ispekulazzjoni fil-midja internazzjonali tkun li jista’ jinħatar bħala coach tat-tim nazzjonali tal-Ġermanja.
Nagelsmann, li hu wieħed mill-iżgħar coaches fl-Ewropa fl-eta’ ta 33 sena, se jiffima kuntratt ta’ ħames snin ta’madwar €25 miljun maċ-Champions Ewropej. L-istaġun li għadda, Nagelsmann wassal lil RB Leipzig sas-semi finali tal-UEFA Champions League, fejn kienu sfaw eliminati mill-finalisti PSG. Din is-sena it-tim immexxi minn Nagelsmann jinsab f’pożizzjoni tajba li jitemm fit-tieni post tal-Bundesliga, wara l-istess Bayern Munich.
//= $special ?>