Waqt it-tielet edizzjoni tal-EAP Meeting Internazzjonali tal-Atletika li sar fi Sqallija l-atleti Maltin serqu x-xena hekk kif kisbu 14-il midalja, b’sitta minnhom jkunu tad-deheb.
Il-kontiġent Malti kien magħmul minn 28 atleta li rrapreżentaw 10 clubs lokali, fejn dawn irnexxielhom jegħlbu l-isfida ta’ bosta atleti internazzjonali. L-atleti Maltin rnexxielhom ukoll jiksru erba’ rekord tal-istess kompetizzjoni. Jeremy Zammit ta’ Pembroke Athelta irnexxielu jagħmel qabża ta’ 7.14m fejn minn barra l-midalja tad-deheb waqqaf ukoll rekord Malti ta’ taħt it-18-il sena.
Il-midalji tad-deheb l-oħra ntrebħu minn: Martha Spiteri (400 metru nisa), Monalisa Camilleri (1,500 metru nisa), Graham Pellegrini (400 metru rġiel), Christian Chetcuti (800 metru rġiel), Rachela Pace (Long jump nisa).
Il-President ta’ Athletics Malta Andy Grech, li akkumpanja lit-tim Malti fi Sqallija qal: “Għal darb’oħra l-atleti lokali għamluna verament kburin. Ir-riżultati miksuba f’Katanja kienu aktar impressjonanti b’konsiderazzjoni li kuntrarju għall-atleti li kienu ġejjin minn pajjiżi oħra, li setgħu jitħarrġu b’mod normali fl-aħħar ġimgħat, l-atleti tagħna sabu ruħhom bi grawnds u faċilitajiet ta’ taħriġ magħluqin, u spiċċaw jitħarrġu ħafna drabi waħidhom. Dawn ir-riżultati jikkonfermaw il-potenzjal tal-isport Malti u jibgħatu messaġġ li wasal iż-żmien li nagħmlu l-isport verament priorità f’pajjiżna”.
Intant, il-klabb lokali ta’ Pembroke Athleta ħabbar li se jkun qed jorganizza avveniment internazzjonali EAP f’Malta fis-17 ta’ Lulju fl-IStadium Matthew Micallef St John Stadium fil-Marsa. Dan l-avveniment mistenni jattira numru kbir ta’ atleti barranin lejn xtutna permezz tal-ftehimiet differenti li Athletics Malta laħqet tul is-sena
//= $special ?>