Kultura Lokali

Robert Abela ma jikkundannax id-diskors li qal il-Ministru Herrera kontra l-artisti

Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, Robert Abela ma kkundannax id-diskors li qal il-Ministru Herrera kontra l-artisti u l-professjonisti kollha li jaħdmu fis-settur tad-divertiment.

Ilbieraħ, il-Ministru għall-Kultura Josè Herrera stqarr illi ma jemminx li l-arti f’pajjiżna tista’ titqies bħala impjieg jew business, iżda hija biss vokazzjoni. Qal ukoll illi l-IQ tal-artist mhux xi wiehed kummercjali.

Diversi professjonisti insistew li Herrera insulta lil mijiet ta’ professjonisti fl-industrija tal-arti u d-divertiment. Iżda l-Prim Ministru dalgħodu naqas b’mod assolut milli jikkundannah.