Minn dan l-istaġun, speċifikament fi tliet Grand Prix, l-Formula 1 se tkun qed tintroduċi l-kunċett ta’ ‘sprint race’ fejn s-sewwieqa li jtemmu fl-ewwel tliet postijiet se jkunu assenjati tliet punti, żewġ punti u punt rispettivament.
L-‘isprint races’, se jkunu qed isiru sa distanza massima ta’ 305km u se jkunu qed isiru biex iżidu aktar l-interess fil-Grand Prix, bil-avveniment prinċipali jibqa’ t-tellieqa tal-Ħadd.
L-ewwel ‘sprint races’ se jsiru fil-Grand Prix tal-Ingilterra f’Lulju li ġej u jekk ikun suċċess dan il-kunċett jista’ jkun addottat għat-tlielaq kollha fl-istaġun li ġej hekk kif l-għan huwa li jinħarġu karozzi ġodda li jkunu aktar kompetittivi u bilanċjati.
B’hekk issa se jkun hemm xi tibdil fl-iskeda tas-sessjonijiet ta’ kwalifikazzjoni hekk kif is-sessjoni tal-provi xorta waħda se tibqa’ ssir il-Ġimgħa filgħodu filwaqt li s-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni li kienet ssir is-Sibt issa se tibda ssir il-Ġimgħa waranofsinhar. L-‘isprint races’ se jkunu qed jieħdu post is-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni tas-Sibt, bl-avveniment tal-Ħadd xorta tibqa’ t-tellieqa prinċipali.
//= $special ?>