Lokali Parlament

Transport Malta għandha tifhem ir-realtà u ma toqtolx is-settur tat-trasport privat

Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista appella lil Transport Malta biex tifhem ir-realtà tas-sitwazzjoni preżenti u ma tibqax tinsisti għall-ħlasijiet tal-liċenzji mill-operaturi tat-trasport privat,

Fil-parlament Mario Galea qal li d-deċiżjonijiet tal-gvern qed jolqtu lin-negozji żgħar u medji b’mod ħażin. Hu semma’ s-Supreme Travel taż-Żejtun li għandhom 75 coach moderni, disa’ dgħajjes tat-turisti, għadd ta’ double deckers għal total ta’ 100 vetturi. Ħuthom ukoll għandhom tliet trains ta’ kwalità.

Ilhom sentejn ma jaħdmux minħabba s-sitwazzjoni, sostna Mario Galea, li kompla li din il-kumpanija tinvesti l-qligħ tagħhom. Bejniethom huma jħaddmu 160 impjegat, sostna Mario Galea, li kompla li s-sidien m’huma jieħdu xejn għax il-wage supplement qed imur għand il-ħaddiema.

Mario Galea qal li dawn is-sidien qed jibżgħu li se jkollhom jgħalqu għaliex issa ilhom sentejn ma jaqalgħux flus tant issa qed ikollhom imorru jaħdmu huma flok iħaddmu n-nies. Ħafna mill-ispejjeż li dawn għandhom ġejijn mill-gvern, spjega Mario Galea, li semma’ l-investiment qawwi li din il-kumpanija għamlet biex il-kwalità tas-servizz mgħoti.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-suq turistiku hekk għadu bżonn għaliex anki l-aġenziji ta’ barra jinsistu fuq dan. Hu sostna li l-flotta ta’ vetturi teħtieġ manutenzjoni kontinwa u spjega kif din il-kumpanija tħallas €135,000 fis-sena f’bolla tal-ħaddiema.

Mario Galea kompla li hemm ukoll bonuses dovuti lill-ħaddiema, pagamenti ta’ assigurazzjoni fuq il-flotta tal-art u l-baħar, ħlasijiet tal-liċenzji tal-2020 meta m’humiex jaħdmu u qed jiġu mitluba jħallsu €74,000 għar-rotot li m’humiex joperaw.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Transport Malta qed ikomplu jheddu u jippressaw għall-ħlasijiet u jsostnu li l-kumpanija kienet iffirmat kuntratt. Transport Malta għandha tkun raġonevoli u tifhem li ċ-ċirkostanzi nbidlu drastikament. Hemm ukoll €37,000 oħra għar-rotta ta’ Għawdex u €51,000 għall-cruises bid-dgajjes.

Il-liċenzja tar-rotta għat-trains hi ta’ €66,000 għar-rotta tal-Belt, €35,000 għar-rotta tar-Rabat u €12,000 għar-rotta ta’ Buġibba. Dawn il-ħlasijiet iridu jsiru anki meta xogħol m’hemm xejn. Jekk Transport Malta mhux se tieqaf thedded, din il-kumpanija se jkollha tgħalaq b’effetti fuq il-ħaddiema li jammontaw għal 160 persuna.

Mario Galea qal li dawn huma ċirkostanzi straordinarja u għandha tifhem li din il-kumpanija ma’ tistax tħallas għaliex m’għadhiex xogħol. Il-kumpaija qed titlob li l-liċenzji li ħallsu għall-2020 jingħatawlhom lura waqt li ma jħallsux il-liċenzji għall-2021. Mario Galea qal li l-MTA kienet aċċettat li ma jitħallsux il-liċenzji tal-lukandi; bl-istess mod għandha tagħmel Transport Malta.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li minkejja l-wegħda tal-Ministru Ian Borg li l-liċenzji mhux se jitħallsu, baqa’ ma sar xejn. Hu sostna li kien hemm ħadma ferm għar minn hekk billi kien hemm kunsiderazzjoniiet differenti fejn kumpanija kienet aġevolata. Filwaqt li semma’ l-Captain Morgan, Mario Galea qal li din il-kumpanija liċenzja fuq kumpanija sussidjara ta’ tmien snin servizz mill-Belt għal Tas-Sliema u għat-tliet ibliet. Il-passiġġieri jħallsu b’xejn u jħallas il-gvern, li kien marbut li jagħmel xi xogħlijiet bħall-mollijiet. Il-Ministru Ian Borg ma lestiex dan ix-xogħol fi tmien snin, sostna Mario Galea, li qal li s-Supreme u kumpaniji oħra kienu qed jistennew li l-offerta għal dawn is-servizzi tgħalaq f’Awsisu 2020 biex jitfgħu l-offerta.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-offerta ma ħarġitx anzi ingħatat estenzjoni lil Captain Morgan għal tliet snin li jibdew jgġħoddu meta l-kumpanija jidhrilha li laħqet il-passiġġieri li kellha qabel il-COVID. Il-Captian Morgan huma l-istess nies li bla offerta l-immigranti tpoġġew fuq dgħajjes tagħhom bi ħlasijiet kuljum.

Hu appella lill-gvern biex il-kumpanija Ċanċu Supreme tkun eżentata mill-ħlasijiet tal-liċenzji għaliex ilha sentejn ma toperax minħabba l-COVID.