Lokali Sport Sport Ieħor

TSPN jippreżenta donazzjoni lil Drew Lang

30 maratona fi 30 ġurnata b'risq Puttinu Cares

Waslet lejn l-aħħar tagħha l-avventura ambizjuża ta’ Drew Lang – 30 maratona fi 30 jum – Total ta’ 1,266 kilometru fi tletin ġurnata – Drew qed jiġri maratona f’kull jum ta’ April b’risq Puttinu Cares.

Drew Lang, li kien jikkompeti fil-ġiri għal aktar minn 30 sena, qed juża l-enerġija atletika tiegħu biex jagħmel dan il-ġest mill-isbaħ bi skop li jinġabru flus għal min għaddej minn żmien diffiċli. Drew Lang ilu jiġri kuljum sa mill-Ħamis l-1 t’April, ġirjiet li jibdew għall-ħabta tat-3pm fil-park Nazzjonali ta’ Ta Qali.

Fi tmiem is-27 ġurnata, lil Drew saritlu preżentazzjoni ta’ donazzjoni ta’ 800EUR minn Tim Sport Partit Nazzjonalista (TSPN) li kienu akkumpanjati mill-Viċi Kap tal-PN David Agius.

Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jagħmlu dan billi jagħmlu d-donazzjoni tagħhom iżda l-pubbliku hu mistieden ukoll li jakkumpanja lil Drew fl-aħħar kilometri tal-ġirja tiegħu biz-żamma tad-distanzi kif mitluba skont il-protokolli b’rabta mal-pandemija.