Lokali Parlament

Lanqas Brian Tonna ma jaqbel mal-kuntratt tal-Gvern dwar ix-xiri tal-enerġija għal 18-il sena

L-awditur u partner ewlieni ta’ Nexia BT Brian Tonna llum kkritika l-mod kif il-gvern għamel ftehim li l-Enemalta trid tixtri l-enerġija mingħand l-Electrogas għal 18-il sena.

Din id-dikjrazzjoni Brian Tonna għamilha meta llum kompla jixhed għal sagħtejn oħra quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) li qed jinvestiga l-kuntratt tal-power station tal-Electrogas.

Il-kumitat tmexxa mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami waqt li d-deputati Nazzjonalisti Karol Aquilina u Ryan Callus rrappreżentaw lill-Oppożizzjoni. Il-gvern kien rappreżentat mill-Whip Laburista Glenn Bedingfied, il-Ministru Clayton Bartolo u d-deputati Stefan Zrinzo Azzopardi u Ian Castaldi Paris.

Fl-aħħar seduta tal-PAC, Brian Tonna kien mitlub biex jgħaddi diversi informazzjoni lill-istess kumitat iżda matul ilġimgħa informa lill-PAC li dwar il-lista tas-soċjetajiet li għandu jew kellu involviment iżda qal li m’għandux aċċess għal din l-informazzjoni u għahekk din kellha tinkiseb mill-NMB. Din ir-risposta mhix aċċettabbli għaliex Brian Tonna għandu din l-informazzjoni u kien diġà qal lill-PAC li għandu din l-informazzjoni. Beppe Fenech Adami nsista li Brian Tonna jipprovdi din l-informazzjoni.

Brian Tonna naqas ukoll li jipprovdi l-letters of engaments ta’ Nexia BT mill-2013. L-Avukat Stpehen Tonna Lowell qal li Nexia BT qed tarkivja d-dokumenti kollha iża kienu ordnati żewġ tfittxijiet li fihom l-pulizija ħadu kollha għall-investigazzjonijiet f’inkjesti maġisterjali. Brian Tonna qal li m’għandux aċċess biex imur fl-arkivji, spjega li t-tfittxijiet tal-pulizija saru fl-aħħar għaxart ijiem u sostna li lanqas għandu aċċess għas-server tiegħu.

“Ma nafx kif se nsib id-dokumenti kollha mill-2013 ‘l hawn”, irrimarka Brian Tonna, li kompla li llum m’għandux l-impjegati biex jgħin hu; “din kważi impossibbli”. Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sostna li l-PAC għandu l-poter li jikseb id-dokumenti u għalhekk għandu jsir rikors lill-Maġistrat Inkwerenti.

F’dan il-mument issejjaħ l-Awditur Ġenerali li qal li l-Uffiċċju m’għandux dawn id-dokumenti. L-Awditur Ġenerali qal li huma kienu ppreżentati biss dokument wieħed.

Meta ebda l-mistoqsijiet, id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami rrifera għall-minuti tal-Enemalta tad-9 ta’ Awwissu 2013 u staqsa jekk Brian Tonna kienx diġà involut. Brian Tonna wieġeb li hu kien involut minn Awwissu 2013. Mill-minuti jirriżulta li n-nies tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni huma l-istess nies li għamlu l-evalwazzjoni tal-espressjoni ta’ interess. Brian Tonna ċaħad dan u qal li f’dan il-proċess kienu involuti l-uffiċjali tal-kumpanija RSM.

Muri dokument iffirmat minnu biex il-kuntratt jingħata lill-Electrogas, Brian Tonna qal li hu ma jafx min kiteb ir-rapport jew kif dan kien kompilat. Brian Tonna ikkonferma li hu kien involut fost il-ħames persuni biex il-proġett tal-power station jingħata lill-Electrogas. Hu qal li ma jiftakarx il-proċess kif kien finalizzat dan id-dokument li wassal biex l-Electrogas tingħata l-power station.

Brian Tonna qal li hu jaqbel li l-Electrogas ingħatat il-kuntratt iżda ma ftakarx kif tlesta dan id-dokument importanti. Hu ma ftakarx lanqas jekk kienx kiteb hu r-rapport tal-istadju 4 tal-proċess li hu kien imexxi. F’dan il-kumitat kien hemm tliet persuni fejn Brian Tonna ma eskludiex li weħed minn dawn il-persuni kitbu r-rapport.

Brian Tonna baqa’ jinsisti li “ġenwinament mhux niftakar”, lanqas lil min għadda r-rapport meta lestieh. Hu qal li l-laqgħat kienu jsiru fil-power station tal-Marsa iżda jaħseb li kien David Galea li kien jikkordina kollox; “qed nimmaġina….ma niftakarx”. Brian Tonna qal li jimmaġina li kull membru għamel preżentazzjoni dwar il-parti tiegħu u sostna li r-responsabbiltà tas-saħħa finanzjarja ta’ min tefa’ l-offerti ma kienitx tiegħu, għalkemm kienet tan-Nexia BT.

Fix-xhieda tiegħu, Brian Tonna qal li l-partner tiegħu kellu sehem fid-deċiżjoni li fiha l-kompetituri tal-Electrogas – l-Endeavour Eenegry Consortium u li kien ir-reserve bidder – ma kellu l-ebda saħħa finanzjarja tant li ngħata żero punti.

Brian Tonna irrimarka li ma jafx kif dan il-konsorzju baqa’ tiela fil-proċess u wasal sat-tielet stadju biex imbagħad ingħata żero punti. Mistoqsi jekk kellux jitħasseb kif dan il-konsorzju magħmul min-numru ta’ kumpaniji ġab żero, Brian Tonna ma weġibx.

Għal kummenti tad-deputat Nazzjonalista Ryan Callus dwar ir-responsabbiltà tiegħu, Brian Tonna qal li l-NAO tefa’ r-repsonsabbiltà tad-deċiżjoni fuq il-Programme Review Board tal-Enemalta. “Int u erba’ oħra ddeċidew lil min jingħata l-kuntratt tal-power station”, sostna Beppe Fenech Adami bi Brian Tonna jaqbel u jsostni li kien hemm affarijiet li setgħu saru aħjar fil-kuntratt fosthom il-ftehim li jiggarantixxi li l-gvern jibqa’ jixtri l-enerġija, it-take or pay agreement.

Brian Tonna qal li ma jaqbilx ma’ dan il-ftehim għaliex ma ssemmiex qabel u sostna li dam sena wara li għalaq il-proċess. “La kont naf b’din u lanqas bil-garanzija”, irrimarka Brian Tonna li ma ftakarx jekk kellux laqgħat tal-Prim Ministru Joseph Muscat, jew ma xi banek barranin u m’għamilx żjarat barra minn malta fuq il-proġett.

“Kont konsulent mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq affarijiet varji fosthom miżuri tal-budget u investimenti ġodda…kont inkun Kastilja u kont nuża uffiċċju flimkien ma’ persuni oħra inkluż konsulenti oħra. Fost dawn kien hemm rappreżentanti tal-aqwa kumpaniji tal-awdituri Maltin; kont nuża desk f’uffiċċju ħdejn taċ-Chief of Staff u tal-Prim Ministru”, sostna Brian Tonna. Hu qal li s-sistema kienet li jibbukkja uffiċċju f’Kastilja.

Konsulenti oħra kienu d-DF u l-RSM, spjega Brian Tonna, li qal li l-aktar li kien jitratta kien maċ-Chief of Staff Keith Schembri. Brian Tonna qal li kien jiddedika ħafna ħin għal din il-konsulenza għaliex kien ikollu ħafna involviment. Hu sostna li kienu tqabbdu wkoll biex isir inventarji tal-affarijiet li kien hemm f’Kastilja. Brian Tonna qal li kien ta rigal lill-Prim Ministru Joseph Muscat li tiswa €15 u flixkun żejt.

Ix-xhud qal li llum m’għadux f’kuntatt mal-ex Prim Ministru Joseph Muscat u sostna li llum m’għandu l-ebda rwol ta’ konsulent mal-gvern. “Bdejt naqta’ u tajt l-attenzjoni lid-ditta kollha, sakemm għalquli d-ditta issa”, sostna Brian Tonna, li kompla li kien jirbaħ l-offerti u ma jtuhomlux.

“Kien jiġi l-ministru jew is-segrtarju parlamentari ma jgħidlu li l-offerta mhux se tingħata għax ix-xogħol se jsir minn ġewwa…sirna toxic…din ġiet mill-attakk fuq in-Nexia BT…il-grazzi kienet li sirna toxic. Din bdiet mill-Panam Papers għax tajna servizz lill-Ministru (Konrad Mizzi)u liċ-Chief of Staff (Keith Schembri) u xi disa’ jew 10 klijenti oħra. Iżda min ta l-istess servizz lil xi 50 klijent ieħor ma sarx toxic”, sostna Brian Tonna, li żied ukoll li l-ewwel trust ftaħtha Malta f’bank lokali għax “qatt ma tajna parir li jinfetaħ trust barra minn Malta”.

Brian Tonna qal li kien infetaħ trust f’Malta u ħaddieħor ma riedx jiftaħ trust f’Malta. Konrad Mizzi kien qed jagħmel użu minn awditur ieħor iżda Keith Schembri irrferieh għal Brian Tonna. Jissemmew tliet kumpaniji għalkemm kien hemm erba’. Dawn kienu Harnville, Tillgate, Egrant u kumpanija oħra li ngħata lil klijent mhux Malta; klijent Brażiljan.

Brian Tonna qal li huma kienu xtraw erba’ kumpaniji, l-ewwel tnejn marru għand Konrae Mizzi u l-oħra għal Keith Schembri. Mossack Fonseca kellha spazju fl-istess blokka ta’ Nexia BT, xehed Brian Tonna, li qal li l-kumpanija Egrant baqget shelve company u qatt ma ġara xejn sakemm ingħalqet. Hemm id-dokumentazzjoni kollha dwar dan li tajtha lill-media u lill-maġistrat li wasal għall-konklużi li Egrant dejjem baqgħet tiegħi. Ma nistax nistax nifhem kif nibqgħu nitkellmu fuq Egrant, sostna Brian Tonna, li qal li jitbaqbaq fuq Egrant għax saret elezzjoni u kważi waqa’ gvern.

L-inkjesta stabbiliet li Egrant baqgħet tiegħi sakemm kienet likwiditata. Fil-25 ta’ Marzu 2013 Karl Cini kien f’kuntatt ma’ Mossack Fonseca jitkellem dwar l-ewwel tliet kumpaniji inkluż Egrant. Dakinhar kien dikjarat li l-UBO se tkun ta’ invidwu li ismu se jingħata fuq skype. “Egrant kienet tiegħi u Karl Cini hekk kien se jgħid”, sostna Brian Tonna, li kompla li l-erba’ kumpaniji ma kienu intenzjonati għal ħadd.

Ippressat b’iktar mistoqsijiet minn Karol Aquilina, Brian Tonna qal li kienet il-media li ddeċidiet li dawn il-kumpaniji kienu intenzjoni. Dawn spiċċaw għand Konrad Mizzi, Keith Schembri, persuna Brażiljana u mhux magħruf għand min marret il-kumpanija l-oħra.

Muri dokument dwar Egrant, Brian Tonna qal li dan hu ċ-ċertifikat tal-kumpanija Egrant u sostna li l-kumpanija Egrant ħarġet ukoll bearer certificate li kien pubblikat. Hu qal li dan iċ-ċertifikat kien għandu u kompla li dan ix-xogħol kien jagħmlu Karl Cini. Ix-xhud kompla li l-iskop tiegħu kien li jbiegħ Egrant u kompla li jeskludi li dan il-bearer certificate ma kienx għandu.

Brian Tonna xehed li Karl Cini qal lil Mossack Fonseca li Ergant mhux se tibqa’ ta’ Nexia BT u li l-isem tal-persuna tant importanti kienet se tingħata bl-Iskype.

Il-kumitat hu aġġornat għal nhar l-Erbgħa li ġej.