Il-Qorti tal-Magistrati ta’ Ghawdex fil-ġurisdizzjoni Superjuri tagħha ordnat lil sewwieq ta’ karozza jgħaddi kumpens sewwieq ta’ mutur is-somma ta’ €37,758 wara li tajru f’inċident tat-traffiku f’Għawdex. George Zahra ġie ikkumpensat minn Guida Taddeo Farrugia.
L-inċident kien seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2017, għall-ħabta tat-8.10 a.m., fi Triq l-Għarb, fl-Għarb stess. Il-vittma kien qed isuq mutur Honda XR fid-direzzjoni lejn ir-Rabat, meta karozza Ford Fiesta, li dak il-ħin kienet qed tinstaq minn Giuda Taddeo Farrugia ħabta u sabta u mingħajr ma ħa ebda prekawzjoni kiser għal fuq il-karreġġjata li minnha kien gej isuq il-mutur biex jidhol ghal Triq Ta’ Pini u baqa’ diehel fuqu u tajru minn fuq il-mutur ghal diversi metri ‘l bogħod;
Konsegwenza ta’ din il-manuvra perikoluża huwa mblokka l-karreġġjata tal-mutur bil-vittma jweġġa’ gravament minbarra li ġarrab ħsarat estensiva fil-mutur tiegħu. Mad-daqqa Zahra ntilef minn sensih u meta stenbaħ sab ruħu mdawwar mill-pulizija u numru ta’ persuni.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn jaħdem bħala infermier u spiċċa bi ksur f’idu l-leminija u fix-xewka ta’ daru. Quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana sostna li x-xufier tal-karozza qabad u dar għal triq oħra.
Min-naħa tiegħu, Farrugia ammetta li l-inċident seħħ b’tort tiegħu imma flimkien mal-kumpanija tal-assikurazzjoni tiegħu ma qablux dwar l-ammont tal-kumpens li kien qed jitlob Zahra. Wara li semgħet il-partijiet bil-Maġistrat Brigitte Sultana tara r-rapport mediku fejn irriżulta li Zahra kien sofra diżabilità permanenti ta’ 5% u li kien għad kellu 25 sena u ordnat lil Farrugia jagħtih kumpens ta’ €37,758.
//= $special ?>