Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Fl-Istati Uniti tista’ tibda ma tilbisx il-maskra

Fl-Istati Uniti m’għandekx għalfejn tilbes maskra protettiva la darba inti vvaċċinat b’mod sħiħ. Din hija l-aħħar aħbar li ħarġet is-CDC fejn ġie spjegat li la darba l-persuni jkunu ħadu ż-żewġ dożi tat-tilqima kontra l-Covid-19 fl-Istati Uniti m’għandekx għalfejn tilbes maskra jekk tkun ma ftit nies iżda tintlibes biss jekk tkun fil-folol.

Waqt laqgħa fil-White House, l-uffiċjali tas-Saħħa Pubblika Amerikana insistew li dawk li huma mlaqqma bi sħiġ jistgħu ma jilbsux maskra waqt li jimxu, jiġru, jkunu fuq hike jew ikunu fil-kumpanija ta’ membri mill-istess household.

Dan filwaqt li jistgħu ma jilbsuhiex la darba jkunu fil-kumpanija ta qraba u ħbieb li jkunu mlaqqma bi sħiħ bħalhom jew ankè saħansitra persuni mhux mlaqqma imma tal-istess bubble….ankè fir-ristoranti li jkollhom l-imwejjed fuq barra. Din issegwi lill-Iżreal li wara avvanzi kbar fil-ġlieda kontra l-Covid-19, qatgħu l-użu tal-maskri protettivi għal kollox.